ĦOBŻA u SIKKINA
Espressjonijiet – Frażijiet – Idjomi qosra Meta nkunu qed nitkellmu bejietna, kultant inħobbu nfilsu fil-kummenti tagħna, kemm jekk biċ-ċajt kif ukoll bis-serjetà espressjonijiet qosra. Hekk pereżempju, ngħidu, ‘ħabel u satal,’ biex niddeskrivu tnejn min-nies li jagħmluha u jinġiebu ma’ xulxin. Ngħidu wkoll, ‘għadma u ġilda,’ biex nuru b’mod l-aktar ċar kemm dak li jkun tilef mill-piż normali…
















